Mur għall-kontenut ewlieni
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Paġna Prinċipali

Ikseb vuċi akbar fir-rigward ta’ politiki li jaffettwawlek ħajtek. L-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija mod uniku biex tgħinek issawwar l-UE billi tappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi liġijiet ġodda. Ladarba inizjattiva tkun laħqet miljun firma, il-Kummissjoni tiddeċiedi x’azzjoni tieħu. Ara kif taħdem pass pass

Jekk tikkunsidra li tibda inizjattiva, ikkonsulta l- Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej għal parir legali u prattiku.

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej: Id-dritt tiegħek bħala ċittadin tal-UE

L-aħħar aħbarijiet

An image of a badge with "1M" in it
  • 04/03/2025
Preżentazzjoni tal-11-il inizjattiva valida lill-Kummissjoni biex teżaminaha: “Politika ta’ koeżjoni għall-ugwaljanza tar-reġjuni u s-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali”

L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “Politika ta’ koeżjoni għall-ugwaljanza tar-reġjuni u s-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali” kisbet 1,269,351 dikjarazzjoni ta’ appoġġ ivvalidati miċ-ċittadini tal-UE u laħqet numri minimi fi 8 pajjiżi. L-inizjattiva ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni Ewropea fl-4 ta’ Marzu 2025, u b’hekk saret il-11-il inizjattiva valida li għandha tiġi eżaminata mill-Kummissjoni. 

L-inizjattiva titlob biex il-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni tagħti attenzjoni speċjali lir-reġjuni b’karatteristiċi li huma differenti minn dawk tar-reġjuni tal-madwar.

Il-Kummissjoni għandha sal-4 ta’ Settembru 2025 biex tippreżenta t-tweġiba uffiċjali tagħha, biex tiddeskrivi l-azzjonijiet li biħsiebha tieħu, jekk ikun hemm. Il-Kummissjoni se tiltaqa’ mal-organizzaturi biex tiddiskuti l-inizjattiva fid-dettall fil-ġimgħat li ġejjin. Imbagħad se jiġi organizzat smigħ pubbliku mill-Parlament Ewropew.

image including the title and date of the webinar
  • 07/02/2025
25 February 2025: ECI Forum webinar on 'Understanding Campaign Structures for Effective European Citizens’ Initiative'
Aħbarijiet mhux disponibbli bil-Malti iżda jistgħu jiġu tradotti awtomatikament fil-paġna "L-aħħar aħbarijiet".

In this 1-hour webinar, hosted by the ECI Forum, participants can learn about the different campaigning structures for ECIs, from centralised teams to coalition-based approaches. Join the experts and organisers of ongoing ECIs to learn how to optimise your initiative’s results.

Tuesday, 25 February 2025, 12.30 - 1.30 p.m.

Webinar held in English.

screenshot of the Forum website
  • 23/01/2025
Il-verżjoni mġedda tas-sit web tal-Forum tal-IĊE hi attiva

Il-Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ġie ristrutturat b’mod li jissodisfa aħjar il-ħtiġijiet tal-organizzaturi tal-IĊE fl-istadji kollha tal-proċess — mit-tħejjija għar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva sal-fażijiet ta’ verifika u eżami. Il-verżjoni mtejba tal-Forum tal-IĊE tiffaċilita l-aċċess tal-utenti għal gwida tematika, stejjer ta’ suċċess u pariri esperti. Żur dan is-sit!

 

Tixtieq titgħallem u tikkollabora?